Tsitsipas jirbaħ l-ATP Finals fl-età ta’ 21 sena

Il-Griek Stefanos Tsitsipas issielet biex minn set minn taħt rebaħ lil Dominic Thiem f’finali brillanti. It-tenist li għandu 21 sena sar l-iżgħar parteċipant li rebaħ l-ATP Finals minn 18-il sena ilu ‘l hawn.

Tsitsipas li għandu 21 sena rebaħ 6-7 (6-8) 6-2 7-6 (7-4) biex rebaħ l-akbar titlu li qatt rebaħ s’issa fil-karriera.

Thiem li għandu 26 sena beda jilgħab tajjeb fl-ewwel sett iżda qatgħa xi ftit lura fit-tieni u t-tielet set. Tsitsipas wassal il-logħba għal tie-break u rebaħha ġewwa l-O2 Arena.

Waqt intervista, il-Griek spjega kif bil-persistenza rnexxielu jimbotta lilu nnifsu biex jilgħab aħjar u b’hekk wasal rebaħ it-tazza.