Trump u Putin jiltaqgħu waħedhom waqt il-G20

Qed jingħad li l-President Amerikan Donald Trump iltaqa’ darbtejn mal-President Russu Vladimir Putin waqt il-laqgħa tal-G20 li saret fil-Ġermanja.
Skont dak irrapurtat fuq midja internazzjonali, iż-żewġ mexxejja reġgħu ltaqgħu waqt laqgħa mhux skedata, wara l-laqgħa formali li kellhom aktar qabel.
Ir-rapport qed jgħidu li l-President Trump kien waħdu u ma’ Putin kien hemm biss interpretu.
Iżda l-President Donald Trump iddeskriva x-xniegħat li ltaqgħu għal “ikla informali,” bħala “fake news.”
Ir-relazzjoni bejn iż-żewġ mexxejja qed tkun kontinwament mistoqsijia u skrutinata wara allegazzjonijiet li r-Russja għenet biex Trump jirbaħ il-Presidenza Amerikana.