Trump u Putin jiltaqgħu fil-Finlandja

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u Vladimir Putin tar-Russja waslu fil-Palazz Presidenzjali fil-Finlandja għal summit tant mistenni iktar kmieni llum wara li Trump qal li l-imgħoddi u l-istupidità tal-passat ta’ Washington waslu għal relazzjonijiet ħżiena bejn iz-żewġ pajjiżi.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu qabel mal-kummenti ta’ Trump fuq Twitter, fejn Trump iddenunzja l-investigazzjoni dwar il-frodi Russa fl-elezzjonijiet Amerikani kif ukoll il-politika preċedenti tal-Istati Uniti.

“Ir-relazzjoni tagħna mar-Russja kienet aggravata permezz ta’ ħafna snin ta’ stupidità mill-Istati Uniti u issa, il-Witch Hunt!” kiteb Trump.