Trump u May b’laqgħa fi New York dwar Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May għada se tkun qed tiddiskuti Brexit u l-kummerċ bilaterali mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Dan waqt li t-tnejn li huma se jkunu qed jattendu l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York.

Skont uffiċjali Ingliżi, May se tkun qed tiddiskuti negozjati dwar kummerċ wara Brexit, li jinkludu armi kimiċi u affarijiet barranin. Sostna li meta ż-żewġ kapijiet jiltaqgħu, ta’ spiss jiddiskutu Brexit u jidher li huma kommessi li jkun hemm kummerċ ħieles bejn l-Ingilterra u l-Istati Uniti.

Dan il-ftehim mal-Istati Uniti qed jitqies bħala mod importanti ta’ kif il-pajjiż jista’ jissalvagwardja l-impatt ekonomiku li se jinħoloq minħabba Brexit f’Marzu tas-sena d-dieħla.

Aqra aktar dwar dan minn hawn.