Trump u l-UN ma jaqblux dwar sehem ir-Russja fil-qtil b’armi kimiċi fis-Sirja

Hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-prijoritajiet tal-President Amerikan, Donald Trump, u r-rappreżentant Amerikan għan-Nazzjonijiet Magħquda (UN), Nikki Haley, dwar sehem ir-Russja fl-attakki kimiċi ta’ jumejn ilu f’Idlib, is-Sirja.
Waqt indirizz lil nies distinti, Trump ikkundanna dak li seħħ fil-provinċja fit-Tramuntana tas-Sirja, u sostna li l-qtil ta’ tfal u persuni innoċenti b’armi kimiċi huwa ‘affront lill-umanità’.
Huwa kien minn tal-ewwel biex weħħel fil-Gvern Sirjan għal dan l-attakk, iżda ma semma xejn dwar ir-Russja, li hija l-alleat tal-President Sirjan, Bashar al-Assad, f’dal-kunflitt kontra r-ribelli Sirjani.
Iżda min-naħa tagħha, Haley saħqet li r-Russja qiegħda tuża dejjem l-istess tattika sabiex tgħatti djun il-Gvern Sirjan mal-poplu tiegħu, anki għal dan l-attakk.
Sa issa, l-awtoritajiet minn Damasku ċaħdu kull allegazzjoni li kien il-gvern li attakka lil niesu b’armi nukleari.