Trump u Jong Un jiltaqgħu għat-tielet darba

U.S. President Donald Trump meets with North Korean leader Kim Jong Un at the demilitarized zone separating the two Koreas, in Panmunjom, South Korea, June 30, 2019. REUTERS/Kevin Lamarque

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iltaqa’ mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un għat-tielet darba llum bit-tama li jerġgħu jibdew id-diskussjonijiet dwar il-programmi nukleari tal-pajjiż.

Trump iltaqa’ ma’ Kim fin-nofsinhar tal-villaġġ li jinsab fil-fruntiera bejn iż-żewġ Koreas, il-villaġġ ta’ Panmunjom.

Trump qasam il-fruntiera lejn il-Korea ta’ Fuq u b’hekk dan il-pass għamlu l-ewwel President tal-Istati Uniti li qasam lejn dan il-pajjiż.