Trump u Erdogan jaqblu li jsaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewg pajjiżi

Read in English.

Il-President tal-Amerika Donald Trump feraħ lil Tayyip Erdogan tat-Turkija nhar it-Tlieta dwar ir-rebħa tiegħu fl-elezzjoni presidenzjali tal-Ħadd li għadda u ż-żewġ mexxejja qablu li jtejbu r-rabtiet bilaterali għad-difiża u s-sigurtà, qal l-uffiċċju t’Erdogan.

Rabtiet bejn l-alleati tan-NATO ġew imxekkla fuq numru ta’ kwistjonijiet f’dawn l-aħħar xhur, inkluż l-appoġġ ta’ Washington għal ġellieda Kurdi fis-Sirja u akkwisti tad-difiża.