Trump sospiż minn Twitter b’mod permanenti

Read in English.

Twitter issospenda b’mod permanenti l-profil ta’ Donald Trump, hekk kif qed jiġi akkużat li rrepeta kummenti li jinstigaw il-vjolenza  u għalhekk jiksru r-regoli tal-kumpanija Twitter.

Żewġ tweets li ppubblika Trump il-bieraħ filgħodu kienu kklasifikati bħala ta’ riskju għoli li jinkoraġixxu atti kriminali.

L-Erbgħa partitarji ta’ Donald Trump daħlu fil-bini tal-Capitol wara rewwixti mal-Pulizija.

Erbgħa persuni mietu u 52 persuna ġew arrestati f’Capitol Hill, is-sit tal-Kungress ta’ l-Istati Uniti wara li partitarji tal-President Donald Trump daħlu fil-bini fi sforz bla preċedent biex iwaqqfu lill-Kungress milli jiċċertifika ir-rebħa ta’ Joe Biden.

L-Uffiċjali tal-binja kellhom imorru jissakkru filwaqt li ssakkru l-uffiċini minħabba li l-partitarji ta’ Trump dehru fil-bini jxejru l-bnadar tiegħu, dan wara li l-Kungress beda jiċċertifika l-voti tal-Kulleġġ Elettorali mill-elezzjoni presidenzjali tat-3 ta’ Novembru.

Fil-kummenti tiegħu fuq Twitter Trump faħħar l-atteġġjament ta’ dawk li marru jipprotestaw.

Pjattaformi oħra tal-media soċjali wkoll qed jiprojbixxu lil Trump milli jużhom.