Trump se jwaqqaf lill-immigranti jekk ma jħallsux għas-saħħa

REUTERS/Yuri Gripas

Read in English.

Il-President Amerikan Donald Trump iffirma proklamazzjoni li prmezz tagħha immigrant se jitwaqqfu milli jidħlu fl-Istati Uniti jekk ma jkollhomx polza tal-assigurazzjoni li tkopri l-ispiża għal kura tas-saħħa. Dan se jfisser li min mhux kapaċi jħallas għal din il-polza tal-assigurazzjoni fl-ewwel 30 ġurnata mhux se jitħalla jibqa’ fl-Istati Uniti.

Il-White House ħarġet din il-proklamazzjoni tal-President u ntqal li mhux se taffettwa l-applikazzjoni ta’ persuni li jkunu applikaw għall-ażil jew għal stat ta’ refuġjat.

Trump għamel il-kwistjoni tal-immigrazzjoni ċentrali fil-presidenza tiegħu meta kemm-il darba qal li jrid jaqta’ l-immigrazzjoni illegali. Ix-xahar li għadda, l-amministrazzjoni Trump qalet li fis-sena 2020 mistennija tapprova 18,000 refuġjat, li hija l-inqas ċifra fl-istorja moderna tal-programm Amerikan tar-refuġjati.