Trump se jiddikjara emerġenza nazzjonali biex jibni l-ħajt

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li se jiddikjara “emerġenza nazzjonali” biex jibni ħajt mal-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku mingħajr l-approvazzjoni tal-Kungress.

Iktar kmieni, Trump kellu laqgħat ma’ uffiċjali għolja Demokratiċi, li irrifjutaw it-talbiet tiegħu għall-flus għal dan il-proġett.

Din il-kwistjoni rat lil Trump jirrifjuta l-appoġġ tiegħu għal abbozz biex jiffinanzja lill-Gverm, sakemm jikseb il-fondi biex jibni dan il-ħajt.

Trump qal li huwa lest li jġedded dak li sejjaħ bħala “shutdown parzjali” għall-Gvern għal snin sħaħ, u li s’issa ilu għaddej mat-tliet ġimgħat.

Mat-800,000 ħaddiem federali ilhom bla paga sa mit-22 ta’ Diċembru li għadda.