Twitter jimmarka kliem Trump bħala qarrieqi

Qal li ma jistax jerġa' jimrad bil-coronavirus

Donald Trump
By Gage Skidmore from Peoria, AZ, United States of America - Donald Trump

Nhar il-Ħadd Twitter waqqaf tweet tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, fejn hu ddikjara li hu immuni għall-coronavirus, talli kiser ir-regoli tal-kumpanija dwar it-tixrid ta’ informazzjoni qarrieqa u li potenzjalment tikkawża dannu rigward il-COVID-19.

“It-tobba tal-White House ikkonfermaw li jien fiqt mill-infezzjoni. Dan ifisser li jien ma nistax nerġa’ nimrad (jien immuni) u ma nista’ ngħaddi l-marda lil ħadd. Din aħbar tassew tajba!!” qal Trump fi tweet, li issa ġiet immarkata minn Twitter b’dikjarazzjoni li din tista’ tkun qarrieqa.

Il-ġimgħa li għaddiet, Facebook u Twitter ħadu passi kontra l-posts tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump nhar it-Tlieta wara li dan kiser ir-regoli tagħhom kontra l-misinformazzjoni dwar il-coronavirus. Hu għamel dikjarazzjonijiet fejn qal li l-COVID-19 huwa virus bħall-influwenza.

Trump ċensurat minn Facebook u Twitter
Trump iċċensurat minn Facebook u Twitter