Trump ma kien jaf b’xejn dwar il-laqgħa t’ibnu m’avukat Russu

Iben il-President Amerikan Donald Trump, Donald Trump Jr, qal li ma kienx informa lil missieru li se jiltaqa’ ma’ avukata Russa li kienet se tagħtih informazzjoni biex tgħin lil missieru jirbaħ l-elezzjoni.
Junior qal li għalkemm fil-laqgħa ma ntqal xejn dwar dan, ammetta li messu mexa bil-ħaġa b’mod differenti.
Donald Trump Jr ippubblika imejls li juru l-appuntment tiegħu mal-avukata, li allegatament kellha konnessjonijiet mal-Kremlin, kif ukoll kellha informazzjoni li setgħet tħammeġ lil Hillary Clinton.
Mindu Trump laħaq President tal-Istati Uniti kienu bosta l-waqtiet meta ġie suspettat indħil mir-Russja sabiex huwa jirbaħ l-elezzjonijiet li saru s-sena l-oħra.
Huwa dejjem ċaħad dawn l-allegazzjonijiet, u anki r-Russja.
L-aktar każ b’ċertu piż huwa dak tal-eks-Direttur tal-FBI, James Comey, li xehed fil-Qorti li Trump ipprova jxekkel investigazzjoni dwar il-possibiltà ta’ tbagħbis min-naħa tar-Russi fl-elezzjonijiet Amerikani tas-sena l-oħra.
Comey kien qed imexxi dawn l-investigazzjonijiet, qabel ma l-President keċċieh mill-kariga.