Trump ma jattendix għal dibattitu importanti; sħabu l-kandidati jagħmlu farsa bih

Il-kandidat għall-Presidenza tal-Istati Uniti Donald Trump ma attendiex għad-dibatittu politiku ma’ Fox News, bi sħabu, il-kandidati Repubblikani kollha jgħaddu kummenti fuq il-personalità tiegħu.
Trump iddeċieda li ma jieħux sehem fid-dibattitu għax akkuża lill-ġurnalista Megyn Kelly, li kellha tmexxi d-dibattitu, li mhux kapaċi żżomm imparzjali.
Trump huwa wieħed mill-kandidati għall-Presidenza tal-Istati Uniti, forsi wkoll l-aktar wieħed kontroverjali minħabba l-kummenti u l-proposti tiegħu.
Minflok, il-billjunarju mexxa attività, ftit passi ‘l bogħod, biex isellem lill-veterani tal-gwerra. Huwa qal li l-attività tiegħu, tfiet id-dibattitu.
Waqt id-dibattitu, is-senatur ta’ Texas Ted Cruz fetaħ id-dibattitu b’kummenti xejn sbieħ fuq ir-rival tiegħu u anke fuq il-proposti u l-kummenti ta’ Trump.
L-eks Gvernatur ta’ Floria, Jeb Bush iddeskriva lil Trump bħala teddy bear u b’sarkażmu qal li qiegħed jimmisjah.