Trump lest jaħdem ma’ kull PM Ingliż

FILE PHOTO: U.S. President Donald Trump delivers remarks at a campaign rally in Bossier City, LA, U.S., November 14, 2019. REUTERS/Tom Brenner/File Photo

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li hu lest li jaħdem ma kulħadd.

Dan qalu waqt iż-żjara tiegħu fir-Renju Unit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali. Trump qed jattendi n-Nato summit f’Watford li se jkun qed isir għada. Hu se jkun qed jattendi għal avveniment organizzat mir-Reġina fil-Palazz Buckingham fejn mistennija jkun hemm xi protesti.

Trump kien għadu kemm qal lill-ġurnalisti li hu kien se joqgħod il-bogħod milli jitkellem dwar l-elezzjoni tat-12 ta’ Diċembru għax ma riedx li jikkomplika l-każ.