Trump kellu jħassar iż-żjara tiegħu fid-Danimarka

Il-President Amerikan Donald Trump kellu jħassar iż-żjara tiegħu fid-Danimarka wara kummenti li għamel dwar il-fatt li jixtieq jixtri Greenland, l-ikbar gżira fid-dinja.

Il-Prim Ministru Daniż qal li Greenland ma kinetx għall-bejgħ. Mette Frederiksen iddeskriva s-suġġeriment ta’ Trump bħala assurd u stqarr li jittama li Trump kien qed jiċċajta.

Greenland kienet ħadet l-indipendenza tagħha mid-Danimarka wara referendum fl-2008.