Trump jitlob biex jintbagħtu lura t-truppi Amerikani fis-Sirja

Il-President tal-Istati Uniti qal lill-konsulenti tiegħu li jrid li t-truppi tal-Istati Uniti fis-Sirja jintbagħtu lura qabel iż-żmien.
Dan ikkonfermawh żewġ uffiċjali amministrattivi li spjegaw ukoll li din id-deċiżjoni se toħloq kunflitt mal-uffiċjali tal-militari Amerikana li jemmnu li l-ġlied kontra l-Istat Islamiku għadu mhux lest.
Il-ġimgħa d-dieħla se tkun qed tiġi diskussa l-kampanja kontra l-Istat Islamiku fis-Sirja waqt laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà fl-Amerka.
Żewġ amministraturi uffiċjali oħra żvelaw li Trump ordna wkoll li d-Dipartiment tal-Istat iwaqqaf mall- €162 miljun, ekwivalenti għal $200 million f’fondi għall-ħidma fis-Sirja.
Ritratt: Reuters