Trump jitlaq minn ċerimonja wara mistoqsija minn ġurnalist

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump telaq minn ċerimonja fl-Oval Office wara mistoqsija minn ġurnalist dwar it-tkeċċija ta’ uffiċjal tas-sigurtà nazzjonali.
Donald Trump, li dak il-ħin kien qed jitkellem minn fuq il-podium, telaq mill-Uffiċċju uffiċjali tal-President u ħalla d-dokumenti ta’ ordnijiet eżekuttivi li kellu jiffirma fuq il-mejda.
Trump għamel dan meta ġurnalist saqsieh mistoqsija dwar l-eks-uffiċjal tas-sigurtà nazzjonali tiegħu, Michael Flynn. Warajh ħalla lill-Viċi President Mike Pence biex jiġbor id-dokumenti.
Il-White House qalet li Trump iffirma ż-żewġ ordnijiet eżekuttivi iktar tard minn wara l-kwinti tal-midja.