Trump jistieden lil Johnson għas-sena l-ġdida

FILE PHOTO: REUTERS/Peter Nicholls/Pool

Read in English.

Il-President Amerikan Donald Trump stieden lill-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson biex iżuru fil-White House fis-sena l-ġdida. Dan qed jiġi rrappurtat fis-Sunday Times tal-Ingilterra li qalet li d-diskussjonijiet formali għadhom iridu jsiru.

Il-gazzetta, li rrappurtat dak li qalu sorsi f’Downing Street, qalet li hemm diġà dati li qed jissemmew f’nofs Jannar iżda xejn għadu mhu konkluż. Dan l-iżvilupp ġie hekk kif Johnson rebaħ appoġġ għal ftehim dwar Brexit fil-House of Commons il-Ġimgħa li għaddiet. Dan huwa l-ewwel pass biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea sal-aħħar ta’ Jannar 2020.

Johnson rebaħ maġġoranza fil-Parlament fl-elezzjoni ġenerali li saret fit-12 ta’ Diċembru.