Trump jisħaq li Kim huwa ħabib tiegħu

REUTERS/Jonathan Ernst/File Photo

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump jixtieq li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un ikun jaf li huwa ħabib tiegħu u li se jwettaq xewqtu, skont il-President tal-Korea t’Isfel Moon Jae-in.

Moon qal li Trump staqsieh jgħaddi l-messaġġ peress li daqt għandu jara lill-Kim meta jiġi jżur lil Seoul għall-ewwel darba. Trump iltaqa’ ma’ Kim f’Singapore Ġunju li għadda, u qal li għandu jerġa’ jarah f’Jannar jew Frar. Huwa saħaq ma’ ġurnalisti li għandu relazzjoni soda miegħu, u li għad jistiednu jżurl-Istati Uniti.

Kim u Trump kienu ftehmu li se jaħdmu lejn denuklearizzazzjoni, iżda għad m’hemmx ħidma konkreta miż-żewġ naħat. Moon saħaq li t-tieni laqgħa bejniethom se tkun l-akbar pass lejn denuklearizzazzjoni għall-Korea ta’ Fuq.