Trump jirtira mill-ftehim biex jinki lil Obama

Il-President Amerikan Donald Trump abbanduna il-ftehim nukleari mal-Iran sempliċiment biex jinki lill-ex President Barack Obama. Dan kien stqarru l-ex ambaxxatur Ingliż għall-Istati Uniti Sir Kim Darroch f’nota li nbagħtet lill-ex Foreign Secretary Ingliż Boris Johnson u li ġie żvelata fil-ġurnali Ingliżi.

Il-publikazzjoni ta’ din l-imejl wasslet minkejja t-twissija ta’ Scotland Yard kontra l-publikazzjonijiet ta’ memos simili mill-media Ingliża.

L-ambaxxatur Ingliżi kien iddeskriva din il-mossa ta’ Trump bħala vandaliżmu diplomatiku u waslet wara li Johnson kien appella lill-Istati Uniti biex ma jirtirawx mill-ftehim mal-2018 u jkompli bil-pjan miftiehem.