Trump jipposponi l-laqgħa ma’ Putin

Reuters

Il-President Amerikan Donald Trump se jipposponi t-tieni laqgħa tiegħu mal-President Russu Vladimir Putin għas-sena d-dieħla, meta t-tiftix fl-indħil Russu fl-elezzjoni jkun intemm, qal il-konsulent tas-sigurtà nazzjonali Amerikan John Bolton.

Il-ġimgħa l-oħra Trump qal li se jistieden lil Putin f’Washington għal laqgħa fil-ħarifa, sfida min-naħa ta’ Trump għall-kritika ħarxa li qala’ wara s-summit li kellu ma’ Putin fil-Helsinki, li fih donnu ta raġun lill-President Russu li Moska mhux vera ndaħlet fl-elezzjoni presidenzjali tal-Amerka tal-2016.

Din l-istedina qajmet kontroversja, anke minn leġiżlaturi fil-partit ta’ Trump, li argumentaw li Putin huwa avversarju li ma jixraqlux iżur il-White House. Ilmentaw ukoll li kienu għadhom ma jafux x’iddiskutew il-mexxejja waqt il-laqgħa tagħhom ta’ sagħtejn.

Aqra iktar hawnhekk.