Trump jikkonferma li Mike Pence se jikkontesta miegħu fl-2020

REUTERS/Leah Millis/File Photo

Read in English.

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali tal-pajjiż fl-2020 qal li Mike Pence se jkun qed jerġa’ jikkontesta miegħu bħala Viċi-President.

L-elezzjonijiet fl-Istati Uniti se jkunu qed isiru f’Novembru tal-2020.

Trump qal dan lill-media hu u tiela’ fuq l-ajruplan Air Force One fi New Jersey. Jidher li Trump huwa mistenni jirbaħ in-nomina tar-Repubblikani sabiex jikkontesta għat-tieni terminu tiegħu bħala President.