Trump jiffriża l-assi Amerikani tal-Veneżwela

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ordna li l-assi Amerikani tal-Gvern tal-Veneżwela. Din qed titqies bħala eskalazzjoni fost is-sanzjonijiet diplomatiċi li qed jiġu imposti bil-għan li jitneħħa l-President Nicolas Madura mill-poter.

L-ordni eżekuttiva ffirmata minn Trump qed titqies bħala l-ikbar waħda mis-sanzjonijiet li ġew imposti fl-aħħar xhur kontra l-Veneżwela. L-iskop ta’ din is-sanzjoni kien ta’ sorpriża, anke għal ħafna fl-amministrazzjoni ta’ Trump.

Ana Quintana, waħda mill-analisti tal-politika tal-amministrazzjoni ta’ Trump, qalet li din is-sanzjoni hi daqxejn drastika, hekk kif il-President kien ikun aħjar kieku l-ewwel ordna li ma jsirx negozju mal-Veneżwela, milli ordna sanzjoni daqshekk drastika mill-ewwel.

Il-Gvern tal-Veneżwela għadu ma kkummentax dwar din is-sanzjoni.