Trump jiffirma ordni biex ‘iżomm il-familji ma’ xulxin’

Read in English.

Il‑President tal‑Istati Uniti Donald Trump iffirma ordni eżekuttiva li twiegħed li “żżomm il‑familji flimkien” wara kontroversja kbira dwar is‑separazzjoni tal‑familji li jaqsmu l‑fruntiera bejn l‑Messiku u l‑Istati Uniti.

Huwa qal li din id‑deċiżjoni ttieħdet wara li ra stampi ta ‘tfal li ttieħdu mill‑ġenituri’ waqt li kienu msakkra u mħarrka għal qsim illegali tal‑fruntiera.

Trump ħeġġeġ ukoll lil‑leġiżlaturi biex jgħaddu liġi li ttemm is‑separazzjonijiet kontroversjali tal‑familji tal-migranti. Huwa jixtieq ukoll li l‑liġijiet tal‑immigrazzjoni jiġu msaħħa taħt kwalunkwe leġislazzjoni bħal din.

“Dan huwa dwar iż‑żamma tal‑familji flimkien,” qal Trump waqt iċ‑ċerimonja tal‑iffirmar nhar l‑Erbgħa. “Ma nħoss li hu ġust li l‑familji jiġu sseparati,” saħaq il-President tal-Istati Uniti. Madanakollu żied jgħid li l‑amministrazzjoni se tkompli wkoll il‑politika tagħha ta’ ”tolleranza żero” fil‑qsim illegali bejn iż‑żewġ pajjiżi.

L‑ordni eżekuttiva tiddikjara li ‘l‑familji tal‑immigranti se jinżammu flimkien, ħlief f’każijiet fejn hemm tħassib dwar il‑benessri tat‑tfal’, iżda mhux ċar għal kemm żmien.