Trump jieqaf jhedded bit-tariffi wara ftehim mal-Messiku dwar l-immigrazzjoni

REUTERS/Carlos Barria

Read in English.

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal il-Ġimgħa li se jissospendi b’mod indefinit it-theddida tat-tariffi fil-konfront tal-Messiku hekk kif waslu għal ftehim iffirmat dwar l-immigrazzjoni.

Trump qal dan hu stess fuq Twitter fejn spjega li t-tariffi skedati li jibdew jiġu implimentanti mill-Istati Uniti kontra l-Messiku nhar it-Tnejn ġew sospiżi b’mod indefinit.

Qal li min-naħa l-oħra, il-Messiku qabel li jieħu miżuri ħorox sabiex jimblokka l-mewġa ta’ immigrazzjoni mill-Messiku għall-fruntiera tan-Nofsinhar bejn iż-żewġ pajjiżi. Sostna li dan qed isir sabiex titnaqqas sew, jew tiġi eliminata għal kollox l-immigrazzjoni illegali mill-Messiku għall-Istati Uniti.