Trump jiddeskrivi s-sitwazzjoni fil-White House bħala “fantastika”

Il-President Amerikan Donald Trump qal li s-sitwazzjoni u l-motivazzjoni fil-White House hija “fantastika.”
Dan minkejja li l-Presidenza tiegħu qed tiġi kontinwament skrutinata minħabba allegazzjonijiet li r-Russja indaħlet fl-elezzjoni presidenzjali.
Ma’ Reuters, Trump qal li l-amministrazzjoni qed tiffunzjona b’mod tajjeb ħafna.
Huwa kien qed jirreferi wkoll għall-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ ibnu Trump Jr u li ltaqa’ ma’ avukat Russu, qabel l-elezzjoni, u tagħtu informazzjoni li setgħet tħammeġ lir-rivali tiegħu Hillary Clinnton.
Il-midja fl-Istati Uniti qed tgħid li minn mindu ħarġet din l-aħbar, fil-White House hekk kaos sħiħ bil-Washington Post tikkwota persuna viċin Trump tqabbel din l-aħbar ma’ “urugan kategorija 5.”
Trump qal dan waqt li beda vjaġġ ta’ jumejn fi Franza. Hu mistenni jiltaqa’ mal-President Amerikan Emmanuel Macron qabel iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum Bastillle.