​Trump jiddeskrivi lilu nnifsu bħala “ġenju stabbli”

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump kompla jattakka lil dawk li qed jikkritikawh b’rabta mal-publikazzjoni tal-ktieb “Fire and Fury” li jiżvela diversi aspetti tal-ħajja presidenzjali tiegħu.
Il-ktieb ta’ Michael Wolff qed ikompli jżid tħassib dwar is-saħħa mentali ta’ Donald Trump, fejn Trump wieġeb billi għajjar lill-awtur tal-ktieb bħala “tellief totali”.
Barra minn hekk, Trump ukoll fuq Twitter sostna li moħħu għadu f’sensieh u ddeskriva lilu nnifsu bħala “ġenju stabbli”.
Din il-kontroversja dwar il-ktieb qed tingħata iktar attenzjoni mill-midja, tant li l-laqgħa li qed issir f’Camp David dwar l-istrateġija tar-Repubblikani għall-elezzjonijiet tal-Kungress f’Novembru li ġej, qed tingħata importanza sekondarja.