Trump jiddeċiedi li l-persuni trans ma jistgħux iservu fil-militar

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qal li persuni transesswali ma jistgħu jservu bl-ebda mod fil-militar.
Fi tweet, Trump qal li wasal għal dan it-twemmin wara li kkonsulta ma’ għadd ta’ esperti militari li wissewh dwar spejjeż mediċi enormi u ġenn jekk it-trans jidħlu fil-militar.
Sa sena ilu, meta kien għad hemm president Barack Obama, l-amministrazzjoni kienet tħalli persuni trans jidħlu f’kull rank tal-militar, iżda x-xahar li għadda s-Segretarju għad-Difiża fl-Istati Uniti waqqaf id-dħul tat-trans fil-militar għal sitt xhur.
Il-Pentagon kien qal li dawn is-sitt xhur kellhom iservu sabiex il-fergħat differenti tal-militar jaħsbuha ftit dwar is-sehem tal-persuni trans fil-militar.
Sadanittant, membri mill-Partit tar-Repubblikani, il-partit ta’ Donald Trump, diġà wrew it-tħassib tagħhom dwar din id-deċiżjoni.
Skont ċifri uffiċjali, fl-art tal-ħelsien, kif inhi magħrufa l-Istati Uniti, hemm madwar 1.2 miljun transesswali li qegħdin fis-servizz.
Lura fl-2011, kienet tneħħiet projbizzjoni għal gays u liżbjani mis-servizz.
Il-projbizzjoni kien jisimha, “Don’t ask, don’t tell”, issaqsix u tmurx tgħid.