Trump jiddaħħal l-isptar minħabba l-coronavirus

Read in English.

Il-President tal-Istati Unit Donald Trump iddaħħal l-isptar wara li lbieraħ hu u martu ħarġu pożittivi għall-coronavirus.

Il-White House qalet li l-President Amerikan kien “għajjien imma pożittiv” u li ddaħħal l-isptar bħala prekawzjoni. Trump irċieva vaċċin esperimentattiv wara li hu u Melania Trump ħarġu pożittivi.

Il-fatt li ħareġ pożittiv jista’ jservi bħala daqqa ta’ ħarta għall-elezzjoni presidenzjali tiegħu hekk kif qed jissielet ras imb’ras mal-kontestant demokratiku Joe Biden.

Il-Ġimgħa waranofsinhar, Trump deher tiela’ f’ħelikopter li wasslu għall-Walter Reed National Military Medical Center. Dan jinsab f’Washington DC stess. Hu xejjer lill-ġurnalisti imma ma qal xejn qabel ma tela’ fuq il-ħelikopter.

Intant, permess ta’ filmat li ttella’ fuq Twitter, Trump qal li jaħseb li sejjer tajjeb imma se jkunu qed jaraw li l-affarijiet jimxu kif suppost. Qal li martu wkoll tinsab tajba u rringrazzja lil kulħadd.