Trump jibqa’ jinsisti li rebaħ l-elezzjonijiet Amerikani

Donald Trump

Il-President tal-Istati Uniti uxxenti Donald Trump irċieva daqqa ta’ ħatra fit-tentattiv li jdawwar ir-riżultat elettorali favur tiegħu hekk kif l-leġislaturi f’Michigan indikaw li ma kienux se jippruvaw iħassru l-rebħa proġettata ta’ Joe Biden f’dak l-istat.

Dan intqal miż-żewġ avukati ta’ dan l-istat wara laqgħa fil-White House fejn stqarrew li se jkunu qed jimxu mal-proċess naturali biex jikkonvalidaw il-vot.

Iktar kmieni fil-ġurnata, l-Istat ta’ Georgia kien ta’ daqqa oħra lit-tamiet ta’ Trump billi ċċertifika r-rebħa stretta ta’ Biden f’dan l-istat.

Il-kandidat Demokratiku mistenni jieħu l-ġurnament ta’ ħatra bħala s-46 President tal-Istati Uniti fl-20 ta’ Jannar.

Ilbieraħ it-tim transitorju tiegħu, fassal il-prioritajiet għall-ewwel mitt jum tal-amministrazzjoni Biden.

Mill-banda l-oħra, Trump qed jibqa’ jinsisti li rebaħ u b’mod skorrett waqt tħabbira fuq il-prezzijiet mediċinali, meta stqarr “I won by the way.”