Trump jibda żjara fir-Renju Unit

Il-President Amerikan Donald Trump mistenni jasal illum fir-Renju Unit għal żjara statali ta’ tliet ijiem. L-Air Force One, se jinzel fl-arjuport ta’ Stans-ted fl-10 ta’ filgħodu.

Aktar tar matul il-ġurnata, ir-reġina Eliżabeta se tospita lill-President Trump u l-mara tiegħu Melania Trump għal pranzu minkejja n-numru ta’ protesti li huma ppjanati li jsiru madwar ir-Renju Unit, inklużi f’Londra, Manchester, Bir-mingham u Nottingham kif ukoll f’Belfast fl-Irlanda.

Min-naħa tiegħu, Trump ma naqasx milli joħloq kontroversji matul dawn l-aħħar ġranet bil-kummenti tiegħu fuq ir-Renju Unit.

Huwa qal li r-Renju Unit għandu joħroġ mill-UE mingħajr ftehim li Nigel farage huwa raġel intelliġenti u l-Gvern ingliż għamel sew li poġġiet fit-tim tan-negozjati kif ukoll  li hu jkun prinċessa aħjar minn Meghan Markle, mart il-Prinċep Harry.