Trump jhedded lill-Korea ta’ Fuq bi flotta li kienet sejra fid-direzzjoni opposta

Meta l-President Amerikan Donald Trump, il-ġimgħa li għaddiet, qal li bagħat flotta navali bħala twissija lill-Korea ta’ Fuq, din kienet għadha ħafna ‘l bogħod mill-peniżula Koreana u kienet qed tbaħħar fid-direzzjoni opposta.
Skont Reuters, l-istess flotta ta’ aircraft carriers kienet ħafna aktar ‘il bogħod fi tmiem il-ġimgħa, meta l-Korea ta’ Fuq għamlet ‘festa’ bil-missili l-ġodda tagħha waqt parata u wetqet test ta’ missila li falla.
Intant uffiċjali militari spjegaw li l-flotta kellha twettaq perjodu qasir ta’ taħriġ mal-Awstralja iżda saħqet li issa tinsab qed tbaħħar lejn il-Paċifiku tal-punent kif kien ordnata tagħmel.
Dan in-nuqqas ta’ qbil wassal biex esperti Koreani tefgħu dubji fuq kemm l-amministrazzjoni ta’ Trump hija kredibbli u dan fi żmien ta’ tensjoni dejjem tiżdied bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Istati Uniti.
Espert li tkellem ma’ Reuters qal li “jekk thedded lil xi ħadd u theddida tiegħek ma tkunx kredibbli, se tkun qed timmina kwalunkwe deċiżjoni li tieħu fil-