Trump jhedded li jwaqqaf il-Gvern minħabba l-immigrazzjoni

REUTERS/Carlos Barria

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trum nhar il-Ħadd fi Tweet qal li se jħalli lill-Gvern Federali jieqaf milli jiffunzjona jekk id-Demokratiċi jirrifjutaw li jagħtu s-sapport tagħhom lit-tibdiliet li l-amministrazzjoni tiegħu trid tagħmel fil-liġi tal-immigrazzjoni.

Trump irid il-Kungress jgħaddi leġiżlatura li tindirizza l-kwistjonijiet tal-immigrazzjoni. Minkejja li r-Republikani jikkontrollaw il-Kungress, diżgwid bejn il-moderati u il-konservattivi fil-partit fixklu xi liġijiet milli jiġu rranġati.