Trump jgħid li t-tieni laqgħa ma’ Kim Jong Un fil-qrib

FILE PHOTO: U.S. President Donald Trump and North Korea's leader Kim Jong Un shake hands after signing documents during a summit at the Capella Hotel on the resort island of Sentosa, Singapore, June 12, 2018. REUTERS/Jonathan Ernst/File Photo

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-laqgħa li jmiss mal-leader North Korean Kim Jong Un se jsir ix-xahar id-dieħel fi wieħed mit-tliet sit identifikati.

Trump li kien qed jattendi għal Summit tal-G20 fl-Arġentina qal li illum għandu relazzjoni tajba ma’ Kim Jong Un.

Huwa qal li f’punt jew ieħor se jistieden lill-Kap tal-North Korea fl-Istati Uniti.

Iż-żewġ kapijiet tal-istati tagħhom baqgħu jitkellmu ma’ xulxin min mindu kellhom l-ewwel laqgħa storika f’Ottubru li għadda.

Fi stqarrija il-Whte House qalet li wara l-laqgħa li kellu mal-President Ċiniż Xi Jin Ping, huma qablu li jaħdmu flimkien biex jara l-peniżola Koreana ħielsa mill-armamenti nukleari.