Trump jgħid li se jiltaqa’ ma’ Putin fil-G20 Summit

Il-President tal-Istati Uniti u l-President Russu Vladimir Putin jieħdu b'idejn xulxin waqt li jattendu għal konferenza tal-aħbarijiet konġunta wara l-laqgħa tagħhom f'Helsinki, Il-Fillandja.

Read in English.

Il-President Donald Trump qal li se jkun qed jiltaqa’ mal-President Russu Valdimir Putin il-ġimgħa d-dieħla waqt is-Summit tal-G20 fil-Ġappun.

F’intervista ma’ Fox News, Trump qal li se jkun qed jagħmel laqgħat ma’ Putin u l-President Ċiniż Xi Jinping. Trump kien ikkonferma li se jkun qed jiltaqa’ mal-President Ċiniż aktar kmieni din il-Ġimgħa.

Ma’ Fox News, Trump qal li jixtieq li jimxi sew mar-Russja u li jemmen li dan jista’ jsir. Qal l-istess ħaġa dwar iċ-Ċina.