Trump jgħid li r-Renju Unit għandu joħroġ mill-UE bla ftehim

Qabel żjara uffiċjali fir-Renju Unit, il-President Amerikan Donald Trump stqarr li r-Renju Unit għandu jitlaq mill-Unjoni Ewropea bla ftehim jekk dak li qed jkun mwiegħed lilhom mill-UE mhux ta’ benefiċċju għall-pajjiż.

Trump li jibda żjara statali t-Tnejn kien qed jitkellem mas-Sunday Times, fejn qal ir-Renju Unit għamel sew li nkluda lill-kap tal-Partit ta’ Brexit Nigel Farage fin-negozjati li ddeskrivih bħal persuna intelliġenti ħafna.