Trump jgħid li ma Putin ma fissirx ruhu sew

REUTERS/Carlo Allegri/File Photo

Il-President tal-Istati Uniti Donald  Trump ipprova jikkalma kontroversja sħiħa wara ma żammx lill-President Russu Vladimir Putin responsabbli għal indħil fl-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti tal-2016. Trump qal li uża il-kelma l-ħażina meta kien fil-konferenza konġunta tal-aħbarijiet li saret f’Ħelsinki.

“Jien kelli ngħid li l-kelma ‘għandha’ mhux il-kelma ‘m’għandiex”, qal Trump f’konferenza stampa fil-White House, iktar minn 24 siegħa wara d-dehra tiegħu ma’ Putin. “Is-sentenza kellha tkun, ma narax raġuni għaliex m’għandiex tkunx ir-Russja”.

F’dik il-konferenza tal-aħbarijiet, nhar it-Tnejn, Trump ixxokkja d-dinja naqas milli jikkritika lill-mexxej Russu għall-indħil Russu li sar biex idgħajef l-elezzjoni Presidenzjali. Il-Kliem ta’ Trump kien meqjus li jitfa’ dubji serji fuq is-CIA u oħrajn. Dawn wasslu għal sejħiet minn xi leġiżlaturi Amerikani għal sanzjonijiet aktar stretti u azzjonijiet oħra biex jikkastigaw ir-Russja.