Trump jgħid li l-gwerra kummerċjali għenet l-ekonomija

Read in English.

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, li qed jara quddiemu triq potenzjalment diffiċli biex jirbaħ it-tieni mandat f’Novembru tal-2020, ilbieraħ qal lill-partitarji f’Pennsylvania li l-gwerra kummerċjali saħħet l-industrija tal-azzar u l-impjiegi.

Għalkemm Trump mhux se jkun qed iniedi l-kampanja uffiċċjali għall-elezzjoni sax-xahar id-dieħel, id-dehra tiegħu f’rally f’hangar tal-ajruport f’Pennsylvania, kellha l-karatteristiċi ta’ avveniment tal-kampanja.

Huwa pponta sebgħu lejn id-Demokratiku u l-eks Viċi President Joe Biden. Trump qal li Biden tenna li qed jaħdem biex isalva d-dinja, iżda se jirriżulta li se jkun salva l-ekonomija ta’ kull pajjiż minbarra tal-Istati Uniti. B’dawn id-diskorsi l-president Trump ippreveda l-argumenti li se jkun qed jagħmel lill-votanti fl-elezzjoni tal-2020.