Trump jerġa’ jaħsibha dwar is-summit mal-Korea ta’ Fuq

Donald Trump

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qal li qed ikollu diskussjonijiet produttivi li qed iwasslu għall-possibiltà li jibdel fhemtu dwar is-summit mal-Korea ta’ Fuq li ħassar il-Ħamis.
Is-summit kien se jsir fit-12 ta’ Ġunju, fejn kien se jiltaqa’ mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un.
Trump kien ħassar il-laqgħa wara li qal li kien hemm ostilità ġejja min-naħa ta’ Pyongyang.
Trump spjega li jekk tittieħed deċiżjoni li s-summit isir se jibqa’ f’Singapore fl-istess data, u jekk ikun hemm bżonn jiġi estiż għal aktar ġranet.
Kelliem għall-President tal-Korea t’Isfel sostna li jinsabu ottimisti li għad hemm tama għas-summit u li se jkomplu jsegwu l-iżviluppi li jsiru.
Ritratt: Reuters