Trump jawtorizza l-proċess formali ta’ tranżizzjoni lil Joe Biden

Read in English.

Il-President Amerikan Donald Trump approva l-bidu tat-tranżizzjoni formali tal-Presidenza lil Joe Biden hekk kif ir-riżultat ta’ l-istat ta’ Michigan kien ikkonfermat. B’din il-konferma ġew kważi mxejjna għal kollox it-tentattivi ta’ Donald Trump bien jiġġieled r-riżultat elettorali tal-elezzjonijiet tat-3 ta’ Novembru.

Din id-deċiżjoni saren ukol fl-isfond tal-proċess tal-għażla minn naħa ta’ Joe Biden, ta’ dawk li ser ikunu qed jiffurmaw il-kabinett u l-ogħla uffiċċjali tal-Presidenza tiegħu.

Ir-riżultat elettorali f’numru ta’ stati kien qed jiġi mpoġġi f’dubju mit-tim legali tal-kampanja ta’ Donald Trump li kienet qed titmexxa mill-ex sindku ta’ New York Rudy Giuliani.

Bid-deċiżjoni tal-bieraħ, Joe Biden resaq kitar viċin il-proċess li permezz tiegħu jwasslu biex jkun il-President tal-Istati Uniti.