Trump jaqbel ma’ Putin dwar tbagħbis fl-elezzjoni

Reuters

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump irrifjuta li jwaħħal fil-mexxej Russu, Vladimir Putin dwar tbagħbis fl-elezzjonijiet tal-Istati Uniti fl-2016. Dan wassal sabiex jifta’ dubji serji fuq is-sejbiet tal-aġenziji tal-Gvern Amerikan u bidu ta’ kritika kbira fil-pajjiż.

Minkejja li kellu pressjoni kbira mill-kritiċi tiegħu, Trump ma tkellimx kontra Moska fejn jidħlu l-problemi bejn iż-żewġ pajjiżi mill-Gwerra Bierda. Minflok qal li pajjiżu għandu policies “stupidi” speċjalment fejn jidħlu l-investigazzjonijiet dwar l-interferenza Russa fl-elezzjonijiet tal-2016.

Tliet ijiem ilu, id-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti qal li 12-il spijja Russa iħħakkjaw fin-netwrk tal-kompjuters tal-Partit Demokratiku.

Tista’ taqra aktar hawn.