Trump jaqbel li jkun hemm żewġ stati għall-Palestina u Iżrael

REUTERS/Carlos Barria

Il-President Amerikan Donald Trump qal li huwa jrid s-soluzzjoni taż-żewġ stati biex b’hekk jiġi riżolt il-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina. Fil-passat l-amministrazzjoni ta’ Trump kienet qalet li taqbel mas-soluzzjoni taż-żewġ stati biss f’każ li kemm il-Palestina kif ukoll l-Iżrael jaqblu magħha.

Trump qal li huwa jrid jikxef pjan ta’ paċi fix-xahrejn tlieta li ġejjin waqt laqgħa li kellu mal-Prim Ministru Iżraelit Benjamin Netanyahu f’Nazzjonijiet Uniti waqt il-laqgħa tal-Assemblea Ġenerali ta’ Nazzjonijiet Uniti.

Trump qal li tgħoġbu s-soluzzjoni taż-żewġ stati u jħoss li din se taħdem l-aħjar għaż-żewġ pajjiżi.

Minn naħa tiegħu l-President Netanyahu qal li kwalunwke stat tal-Palestina fil-futur, ma jridx ikun immillitteralizat u jrid jirikonoxxi l-Istat ta’ Iżrael bħala wieħed tal-poplu Lhudi.

L-alleati Għarab tal-Istati Uniti huwa favur is-soluzzjoni taż-żewġ stati għal Iżrael u l-Palestina.