Donald Trump ammetta għall-ewwel darba li Joe Biden rebaħ l-elezzjoni presidenzjali tal-Amerka, iżda insista li rebaħ biss skont il-midja falza, u tenna li l-elezzjoni kienet waħda mbagħbsa.
Fuq Twitter Trump qal li mhux beħsiebu jċedi.
Ġimgħa wara li tħabbar li Biden rebaħ l-elezzjoni kontra Trump, l-eks President Amerikan għadu ma jridx iċedi u jammetti t-telfa, minkejja li jidher ċar li rebaħ Biden bir-riżultat ta’ 306 kontra 232. Dan ir-riżultat hu l-istess li kiseb Trump kontra Hillary Clinton fl-2016.
Trump qed jinsisti li Biden rebaħ għax l-elezzjoni kienet waħda mbagħbsa.
Twitter qed jimmarka tweets ta’ din ix-xorta bis-sentenza: “This claim about election fraud is disputed.”
Rebħa għal Biden
“Ejja nagħtu ċans lil xulxin” – Joe Biden