Il President Amerikan Donald Trunp akkuża lic-Cina li kisret il-ftehim bejn iż-żewġ naħat fil-kummerċ. Trump qal dan f’perjodu meqjus bħala sensittiv hekk kif iż-żewġ pajjiżi qed iħejju għal negozjati dwar ftehim ġdid.
Din l-osservazzjoni ntlaqet min-naħa ta’ Beijing b’kummenti li Cina kienet lesta tirritalja b’kontra-miżuri jekk l-Amerikan iżid it-tariffi fuq il-prodotti Ċiniżi.
Trump ħalef li jirdoppja it-tariffi fuq prodotti Ciniżi li jlaħqu l-mitejn biljun dollaru Amerikan.
F’din il-klima iż-żewġ pajjiżi illum se jilqgħu f’diskussjonijiet fl-Amerika stess.
Waqt il-kampanja elettorali fi Florida, Trump qal “huma kissru l-ftehim, dan ma jista’ jagħmlu u se jhallsu għalih.”