Trump jaħtar Chief of Staff ġdid mingħajr avviż

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħabbar li ħatar Chief of Staff ġdid fil-White House.
Ilbieraħ fuq Twitter Trump qal li keċċa lill-eks Chief of Staff Reince Priebus u li ħatar minfloku lill-Ġeneral John Kelly li kien jaħdem fid-Dipartiment tal-Homeland Security.
Priebus, li qabel kien iċ-Chairman tal-Kumitat Nazzjonali tar-Repubblikani, kien jinsab minn pressjoni kbira mid-direttur il-ġdid tal-komunikazzjoni tal-White House, Anthony Scaramucci, wara li dan akkużah li kien il-moħħ wara numru ta’ leaks mill-White House.
Scaramucci kien żvela dawn l-akkużi l-ewwel darba f'post fuq Twitter, li kien ħassar wara ftit ħin, imma li reġa’ semma’ fid-dettall ma’ ġurnalist f’diskussjoni separata fejn saħansitra rrefera’ għal Priebus bħala skiżofreniku ffissat.
B’hekk Priebus sar l-inqas Chief of Staff li qatt ħadem fil-White House.