Trump iżur tliet stati f’ġurnata

Il-President Amerikan Donald Trump żar tliet stati Amerikani lbieraħ wara li vvota fi Florida. Minkejja ż-żieda fil-każijiet tal-coronavirus f’għadd ta’ stati li kapaċi jiddeċiedu r-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali, Trump kompla r-rallies f’dawn l-istati.

Huwa żar ir-rallies li ġew organizzati f’North Carolina, Ohio u Wisconsin hekk kif bħalissa għaddejja t-taqtiegħa bejnu u bejn il-kandidat Demokratiku Joe Biden.

Biden bħalissa jinsab fuq quddiem fl-istħarriġ nazzjonali u kien qed jikkampanja f’Pennsylvania.

B’kuntrast ma’ Trump, Biden qed jorganizza drive-in rallies fejn il-pubbliku jmur għar-rally bil-karozza u jżomm id-distanza saoċjali.

Sa issa vvutaw madwar 57 miljun persuna li huwa ammont rekord hekk kif il-votanti ġew imħeġġa jivvutaw kmieni minħabba l-pandemija.