Trump iżid €82 biljun ta’ tariffi fuq prodotti miċ-Ċina

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump ħareġ struzzjonijiet uffiċjali sabiex jiġu kkunsidrati mal-$100 biljun ta’ tariffi kontra ċ-Ċina, ekwivalenti għal €82 biljun.
Dan seħħ wara staġnar fil-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi, liema tariffi ġodda se jiżdiedu mal-$50 biljun, ekwivalenti għal €41 biljun, ta’ tariffi li diġa kienu proposti mill-Istati Uniti fuq mijiet ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina.
Il-proposta ġiet wara li ċ-Ċina rritaljat billi heddet li se tintroduċi tariffi fuq 106 prodotti ewlenin Amerikani.
Dawn il-passi miż-żewġ pajjiżi ħallew effett xejn sabiħ fuq is-suq globali.