Trump iwaqqaf l-għajnuna lil pajjiżi fl-Amerka Ċentrali; jhedded li jagħlaq il-fruntiera

Reuters

Read in English.

Il-Gvern tal-Istati Uniti waqaf jagħti l-għajnuna lil El Salvador, il-Gwatemala u l-Onduras wara li l-President Donald Trump widdeb lil dawn il-pajjiżi għax bagħtu immigranti l-Istati Uniti. Huwa hedded li jagħlaq il-fruntiera bejn Messiku u l-Istati Uniti.

Għadd ta’ persuni li jfittxu l-ażil minn dawn it-tliet pajjiżi ppruvaw jidħlu fl-Istati Uniti permezz tal-fruntiera tan-naħa t’isfel fl-aħħar ftit ġranet. Nhar il-Ġimgħa, Trump akkuża lil dawn il-pajjiżi li bagħtu karavannijiet bl-immigranti lejn it-Tramuntana.

Trump qal li hemm ċans kbir li jagħlaq il-fruntiera din il-ġimgħa jekk il-Messiku ma jwaqqafx l-immigranti milli jilħqu l-Istati Uniti. Il-persuni li jkollhom jaqsmu l-fruntiera ta’ sikwit, minħabba xogħol jew studju, qegħdin jinkwetaw dwar din it-theddida ta’ Trump.

Aqra iżjed hawn.