Trump imfaħħar għad-difiża tal-Libertà Reliġjuża

Is-sala fejn sar in-National Catholic Prayer Breakfast ta' din is-sena

Waqt dak li hu magħruf bħala in-National Catholic Prayer Breakfast, Mick Mulvaney, l-aġent Kap tal-Uffiċċju tal-President Donald Trump qal li persuni ta’ kull twemmin fl-amministrazzjoni Amerikana huma voċiferi ħafna u mħeġġa biex jikkontribwixxu għall-politika ta’ Trump.

Il-preżenza tal-fidi ‘tagħmilna amministrazzjoni aħjar u pajjiż aħjar”, qal Mulvaney lil madwar 1,400 persuna li attendew għal din il-laqgħa annwali.

Mulvaney was followed on the dais by Bishop Thomas Olmsted of Phoenix, Arizona, Abby Johnson, formerly a Planned Parenthood employee who has become a pro-life champion, and Curtis Martin, CEO and founder of FOCUS, a missionary organization on nearly 200 college campuses across the United States.

Il-persekuzzjoni tal-insara

Fil-laqgħa li damet madwar sagħtejn saru appelli ripetuti biex tingħata aktar importanza dwar il-persekuzzjoni tal-insara kemm fl-Istati Uniti kif ukoll barra l-pajjiż kif ukoll sejħiet għad-difiża tażż-żwieġ tradizzjonali u protezzjoni akbar għat-trabi mhux mitwielda.

Mulvaney, l-ewwel membru Kattoliku tal-Kungress elett minn South Carolina, tkellem dwar il-laqgħat li jkollu fil-magħluq mal-President Trump u l-isforzi kontinwi tal-President mal-mexxejja tad-dinja dwar il-libertà reliġjuża u partikolarment dwar il-persekuzzjoni tal-insara. Żied jgħid li fis-sentejn li għaddew il-President Trump spiss qal lill-mexxejja internazzjonali li mhux jagħmlu biżżejjed biex jieħdu ħsieb l-insara f’pajjiżhom.

L-Isqof Thomas Olmsted ta’ Phoenix li hu membru tal-Kumitat Favur il-Ħajja tal-Konferenza Episkopali Amerikana fakkar li hu kien ordnat saċerdot fl-1973, l-istess li l-Qorti Suprema Amerikana illegalizzat l-abort.

L-abort hu delitt

“Kristu sejjaħli biex nipproklama l-verità tal-Konċilju Vatikan II li l-abort hu delitt”, qal l-Isqof. “Id-dell tad-deċiżjoni tal-Qorti wassalni biex inkompli naħdem biex fil-liġi jkun hemm protezzjoni għal dawk fostna li huma l-aktar vulnerabbli”.

Hu kkundanna l-ideoloġija tal-ġeneru li qal qed iddgħajjef il-pajjiż. Min-naħa l-oħra faħħar lil dawk li jiddefendu t-tagħlim tal-Knisja dwar iż-żwieġ minkejja l-periklu li jkunu persegwitati meta jagħmlu dan.

L-isqof Olmsted kellem direttament lil-lajċi preżenti dwar il-kwestjoni tal-abbużi sesswali mill-kleru u qal li l-poplu għandu raġun ikun irrabjat meta jsir jaf b’dawn id-dnubiet u nuqqasijiet mill-qassisin u l-isqfijiet.

Ħassru appuntamenti għall-abort

Abby Johnson, attivista  Favur il-Ħajja intlaqgħet b’applaws kbir meta telgħet biex titkellem. Johnson riċentement ipproduċiet  il-film “Unplanned” li juri l-kruha tal-abort. Hi semmiet diversi testimonjanzi ta’ nisa li qalulha li ħassru l-appuntamenti li kienu għamlu biex imorru jagħmlu abort, wara li raw il-film imsemmi.