
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li pajjiżu jinsab għall-lest biex jekk ikun il-każ japprova kontrattakk bi tweġiba għall-attakk li sar fuq ir-raffineriji taż-żejt fl-Għarabja Sawdita. Aktar kmieni uffiċjal għoli fl-amministrazzjoni Amerikana qal li kien l-Iran l-id mistura li wettqet dan l-attakk. L-attakk, li jidher li sar permezz ta’ drones affettwa 5% tal-produzzjoni taż-żejt dinji u wassal biex il-prezz taż-żejt jgħola bi kważi 20%. Trump saħansitra awtorizza l-użu tar-riservi taż-żejt biex jagħmle tajjeb għan-nuqqas ta’ żejt mill-Għarabja Sawdita.
Is-segretarju tal-istat Amerika Mike Pompeo qal li ma hemm l-ebda xhieda li l-attakk ġie mill-Yemen, pajjiż li ilu għal dawn l-aħħar 4 snin f’taqtiegħa mal-Għarabja Sawdita.


